Attivitajiet tal-Festa
tal-Madonna Tas-Sacro Cuor
iċċelebrata f’Tas-Sliema
Sena 2011
100 Sena Anniversarju mill-Ewwel Purċissjoni
bl-Istatwa tas-Sultana Tagħna f’Tas-Sliema
Il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2011
Quddiesa ċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali
tal-Madonna Tas-Sacro Cuor
fl-okkażjoni tad-Dħul tal-Vara fin-Niċċa
u bħala t-tmiem minn Kappillan tal-Parroċċa
ta’ Patri Joe Caruana OFM
—————————————————————————————————————————
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2011
fis-7.30 pm
Purċissjoni Devota
bl-Istatwa Titulari tas-Sultana Tagħna
Tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
mill-Knisja Parrokkjali tal-
Madonna Tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema
akkumpanjata għall-ewwel darba
fl-istorja tagħha
mill-Banda Ċittadina Sliema.
Fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
il-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ
tilqa’ l-Ħruġ ta’ l-Istatwa Titulari
u tesegwixxi Programm Mużikali
taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ronnie Debattista
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2011
fl-10.30 am
Marċ Brijuż ta’ Filgħodu
mill-Banda Ċittadina Sliema
akkumpanjata mill-briju tal-partitarji
minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta’
għal madwar diversi toroq tal-parroċċa
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2011
fit-8.30 am
Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa
ta’ Jum il-Festa
fil-Knisja Parrokkjali
tal-Madonna Tas-Sacro Cuor
————————————————————————————————————-
Is-Sibt 2 ta’ Lulju 2011
fit-8.30 pm
Marċi Brijużi mill-Banda Ċittadina Sliema
u mill-Banda Santa Katerina taż-Żurrieq
Wara Logħob tan-Nar
ta’ l-Art u ta’ l-Ajru fix-Xatt Tas-Sliema
u marċ lura mill-Banda Sta Katerina
sa quddiem il-Każin tal-Banda Sliema
Is-Sibt 2 ta’ Lulju 2011
Translazzjoni
———————————————————————–
Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2011
12.00 pm
Ikla Tradizzjonali tal-Festa fil-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema
Fis-6.00 pm
Dawra madwar il-kosta
fuq Sacro Cuor Double Decker
organizzata miż-Żgħażagħ tagħna
Fis-6.30 pm
Ċelebrazzjoni tal-quddiesa bl-omelija
minn Mons Charles Cordina
Segretarju Pastorali għall-Arċidjoċesi ta’ Malta
Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika
Wara l-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-imseħbin ġodda fil-Konfraternità tal-Madonna
Wara Mons Cordina għamel Żjara ta’ kortesija fis-Sede tas-Soċjeta’
Ċelebrazzjoni tal-quddiesa bl-omelija
minn Mons Charles Cordina
Segretarju Pastorali għall-Arċidjoċesi ta’ Malta
Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika
Wara l-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-imseħbin ġodda fil-Konfraternità tal-Madonna
Wara Mons Cordina għamel Żjara ta’ kortesija fis-Sede tas-Soċjeta’
Fit-8.30 pm
Marċ Brijuż ta’ l-Aħħar Tat-Tridu
mill-Banda Ċittadina Sliema
Marċ Brijuż ta’ l-Aħħar Tat-Tridu
mill-Banda Ċittadina Sliema
————————————————————————
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2011 fit-8.30 pm
Marċ mill-Banda “San Ġużepp” tal-Ħamrun
minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta’
għal madwar diversi toroq.
Fi Triq Rudolfu jiġu mżanżna sett ta’ 8 Bandalori Ġodda
sett fost il-ħafna settijiet ġodda li saru din is-sena
mll-Kummissjoni Festi tal-Parroċċa
————————————————————————
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2011 fis-6.30 pm
Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali Madonna Tas-Sacro Cuor
mill-Eċċellenza Tiegħu Mons Mario Grech
Isqof t’Għawdex
fejn wara għamel żjara ta’ kortesija
fil-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema
————————————————————————-
L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2011 fit-8.30 pm
Marċ mill-Banda “San Gejtanu” tal-Ħamrun
minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema
għal madwar diversi toroq tal-parroċċa u lura għall-Każin
————————————————————————
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2011 fit-8.30 pm
Marċ mill-Banda “San Pietru fil-Ktajjen” ta BBugia minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema għal madwar diversi toroq tal-parroċċa u lura għal quddiem il-Każin
————————————————————————-
It-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2011 fit-8.30 pm
Marċ mill-Banda “Beland” taż-Żejtun minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta għal madwar diversi toroq tal-parroċċa Wara l-Banda “Beland” kompliet tferraħ il-partitarji fil-Bitħa tal-Każin
————————————————————————
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2011
Riċeviment Annwali tal-Festa tal-Madonna Tas-Sacro Cuor fis-Sede tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema
Il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema
imżejjen u ddekorat
għall-okkażjoni tal-Festa Titulari
tal-Madonna Tas-Sacro Cuor 2011
————————————————————————
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2011
Programm Ċelebrattiv tal-100 Sena mill-Ewwel Purċissjoni organizzat mill-Kumitat Organizzativ taċ-Ċentinarju u mis-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema” mill-Banda Ċittadina “Sliema” taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ronnie Debattista FLCM bis-sehem tas-Soprano Claire Caruana, it-Tenur Joseph Aquilina u l-Baxx Alfred Camilleri flimkien mal-Kor “San Damjan” immexxi minn James Perry u Therese Vella fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna Tas-Sacro Cuor Wara kxif ta’ lapida kommemorattiva tal-100 Sena Purċissjoni maħduma minn Ronald Pisani
————————————————————————
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2011
Toħroġ uffiċjalment is-36 edizzjoni ta’ “Leħen il-Banda Ċittadina Sliema” fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna Tas-Sacro Cuor 2011 u tal-100 Sena mill-Ewwel Purċissjoni bl-Istatwa Tas-Sultana Tagħna f’Tas-Sliema
————————————————————————-
Is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2011
Ħruġ tal-Vara Titulari tal-Madonna Tas-Sacro Cuor
minn Niċċa għal fuq iz-zuntier
akkumpanjata b’daqq ta’ mużika
mill-Banda Żgħażagħ Sliema
taħt id-direzzjoni ta’ Lesley Tabone
————————————————————————-
Il-Ġimgha 24 ta’ Ġunju 2011
Ikla Annwali tal-Festa
taħt it-Tinda fil-Bitħa tal-Każin
tas-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema”
organizzata mill-helpers
u b’entertainment provdut mill-
Grupp “The Crowns”
———————————————————————–























