Radio SacroCuorSliema FM 94

facebookradiolink

radio2011-500

Radio SacroCuorSliema FM 94

ser jerġa’ jibda jxandar

minn nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju

fis-7 am

mill-istudios tiegħu

fil-Każin tas-Soċ.Fil.Sliema.

Ir-Radju taħt il-ko-ordinazzjoni

ta’ David Muscat

ser ikun qed ixandar

għal żmien il-Festa

Tal-Madonna Tas-Sacro Cuor

u jibqa’ għaddej

sal-Hadd 3 ta’ Lulju 2011

fejn wara d-dħul ta’

l-Istatwa Titulari

isir l-għeluq tieghu.

Ir-radju bħal kull sena

ser ikun qiegħed jippreżenta

programmi varjati b’tema

mużikali, kulturali, reliġjużi,

għat-tfal u għall-anzjani,

sportivi, rekreattivi,

programmi ta’ attwalita’,

intervisti storiċi kif ukoll

oħrajn relatati ma’ Tas-Sliema

u mal-Festa Tas-Sacro Cuor.

Ikun hemm ukoll

xandiriet kuljum tal-quddiesa

mill-Knisja Parrokkjali tagħna

kif ukoll kollegamenti live

waqt l-attivitajiet esterni tal-Festa.

SKEDA DETTALJATA TAX-XANDIRIET LI SER ISIRU KULJUM MINN RADJU SACROCUORSLIEMA